We’ve updated our Terms of Use to reflect our new entity name and address. You can review the changes here.
We’ve updated our Terms of Use. You can review the changes here.

Il​-​Ħ​sibijiet ta' Martina

by Karmaġenn

/
  • Streaming + Download

    Includes unlimited streaming via the free Bandcamp app, plus high-quality download in MP3, FLAC and more.
    Purchasable with gift card

      €5 EUR  or more

     

1.
Martina 02:43
Giulia ressqet wiċċha lej tiegħi Xagħarha griż, ipetpet blu u aħmar Waħda b'perm żifnet bħal qattusa Wieħed bl-abjad qagħad jixxengel għarrkuptejh Tifel b'libsa tana lighter meta ħriġna barra Giulia kellha qtugħ ta' laħam wara li dendilna x-xogħol tagħha u morna nieklu kantuniera mal-gallarija L-exhibition iddisinjatha għal fuq l-Insta Għada l-opening, għada l-futur jinħass imkisser Giulia ġabet jack coke u għandha għatsa taħt għajnejha Għalina l-feelings u l-politka pariġġ Taljana bħal Divine rebħet logħoba sbin the bottle In-nana l-oħra Sarah Meilak sabbtet tazza mal-mejda Ta' 32 Sara ddeċiediet li ġġib il-braces Fuck it, ħutha laħqu, u hi dejjem kienet it-twila
2.
Giulia 03:14
Giulia darba ħarqet xagħarha Il-collages tagħha veru sbieħ Rajtha tiżloq waqt opening li kellna Ma tantx tixbaħ lis-self-image fix-xogħol tagħha Giulia qisha xkupa ta' saħħarha Toqgħod ma' Pollakka l-Furjana, wara l-knisja Għandha xeba kaxxi fil-flat Fit-tlieta ta' filgħodu, fil-bar ta' ħdej is-subway, darba sibtha ħara mejta tkanta Sweet Caroline Ħdejh tiżbokka gabbana tal-gazzetti U daqt se jnaddfuh u jpittrulu xi ħwienet u t-tallaba jagħmluhom illegali Giulia liebsa kowt mit-thrift shop Bil-print tal-leopardi Polaroids imqatta', t-shirts impittra, knife series, nature series u female magic gaze Giulia ttemtem, twiegħedek ħaġa u twieġbek tliet ġimgħat tard Għamlet performance l-Isplendid, barmil ilma u fish nets m'għonqa Saqsewna għala l-arti kkolonizzat dan l-ispazju U għala n-negozju kkolonizza dak ta' ħdejh
3.
Sammy 05:06
Sammy pparkja fis-6:30 u t-triq diġà mimlija X'ħin wasalt biex niftaħ ħallieni nipparkjalu fil-garaxx M'għadux jaħdem imma jibqa jiġi haw Frank l-owner tah iċ-ċwievet tal-karozza Ħa jkun jista' jċaqlaqhielu meta tkunlu fin-nofs Jew meta m'hawx fej tipparkja ipoġġiehielu x'imkien hu Dalgħodu qalli, "Issa dak joqgħod iġib lilek u 'l dawk l-erbgħa tfajliet miegħek, iħallikom haw sas-7, haw kwiet, ma jiġi ħadd." Meta ġieli daħal jgħid lil Amna min kien f'kull garaxx; tat-tabakk, tal-ħġieġ, tax-shipping, tal-kostumi tal-baħrin Jipponta bil-ġakketta li beda jilbes għax issa jħoss il-bard Kantuniera mas-Suq tal-Belt Riħa ta' kafè iddur man-notebooks li għandna għall-bejgħ U ija, kulħadd jixjieħ u jmut, u Sammy jibqa jiġi l-garaxx Għax il-ħajja tibqa żżerżaq minn haw; meetings u tfarfir ta' ħasil Id-Dettol u l-Fairy flimkien ituni riħa nostalġika Tat-tindif ta' filgħodu
4.
Liam 03:42
Liam ta' għoxrin twil twil Jitnejjek m'Amna fuq il-Labour meta jiġi bid-deliveries Jiżbokka bil-vann u Sammy kultant ineffaħlu xi tyre Liam nafu mill-iskola, it-tifel żgħir tal-ironmonger ta' ħdej ir-Rampol, fej ta' ħmistax konna nqattgħu siegħat nisimgħu lil Jacob iwerżaq Bil-birra, pitrolju, żejt tal-kittien u għasafar maqfulin Jien l-università, tliet snin nidgħi b'Alfredo Jaar, Ommi LSA kienet tgħidli li Liam ma kiber xej sakemm kellu tmintax Amna tgħidli kemm hu ħelu, jien insir defensive, ngħidilha li qisu prinjulata biex ma tifhimnix Giulia għandha rasha taħt għonqha Illejla, hawnhekk, issa, haw ras Liam qed tispikka Minn bej is-silġ niexef idaħħan lill-uċuħ Is-sigarett tiegħi qas nista' nxommu imma ħallejt lil Giulia sekonda biex ngħidlu hello Qalli, 'Aw bella,' għedtlu, 'Aw bello,' u ftakart kemm għadu żgħir Dan l-ispazju qisu tiegħu, Roberta qaltlu kemm tiżfen sabiħ Dalgħodu rana ntellgħu it-textiles ta' Giulia Qalli jrid jitgħallem iħit, ma jiġiħ xej Issa rass ma' waħda, wiċċha familjari, qalli, "Tafha 'l Sarah Meilak?"
5.
Sarah 04:23
Sarah ressqet lejja u Liam tar irembel Karkariża bħali, marret tgħix m'Indoneżjana għax fej trabbiet ħadu l-iSmart Tifel jivvogueja taħt Janice tgerger fuq it-tfal Sarah ħassret ma' Yanika, Laburista mill-kbar, jaqgħu kemm jaqgħu djar u ma felħitx tissaportiha Liam jieħu d-deliveries fej taħdem hi, jimportaw għas-supermarkets Qaltli li hi parti mill-ħajja tas-supply chain Wiċċha mielħi u spallitha żerżqu taħt id-dwal Ħadt nifs, ħaristilha fiss, ħassejt saqajja jsiru trab Sarah tiżfen qaltli tħossha fuq l-irdum Imma fl-aħħar għandha l-flus u tatni ħarsa għal fuq imnieħri Imma rrid inħallas l-insurance, u Sarah għollewlha l-kera Xorta ma nafu xej u jekk sejrin tajjeb nixorbu t-tnej għax naffordjaw Bużżieqa għal ħajja fraġli u sabiħa Bħal tiegħi u ta' Sarah kieku naffordjaw inkunu sidien tal-għamara tagħna So żvugajtilha jien fuq kif qed jistressjani Frank Ħariġli ta' boomer u vera kelli nimbotta biex intellgħu ix-xogħol ta' Giulia Jissorprenduni daw l-artisti li jixjieħu u jsiru cosy u konservattivi Sarah qaltli li ħuha l-kbir manager u baqa moħħu msakkar L-ieħor daħal bidwi u tammirah għax m'għażilx ħajja faċli Familtha kienu magħfusin bejn meta stajt tarma negozju u meta sirna kollha corporate Il-ħin kollu kellhom jiġru wara l-flus, sakemm bnew id-dar, u hi bdiet ma' missierha, u ġabet l-esperjenza minn hemm Qaltli kriżi meta tħassar ta' tletin Tispiċċa waħedha, u AJ tikkunslaha meta tidħol mill-ispiżerija Ħmew kejk ifuħ u daru road trip mal-gżira Kienet lesta tissetilja issa tfissed lilha nnifisha U bqajt skantatha mingħajr kliem, u xrobt il-gin li ġabitli Bdejt niċċaqlaq taħt l-uċuħ u d-dwal Ma ridtx nitlaq, imma qaltli, "Narak --" Għedtilha, "'kk dak għaddi waħda sal-Belt, forsi jgħoġbok ix-xogħol," u mingħajr ma ridt ersaqt lura lej Giulia bil-jack coke f'idejha.

about

Il-flus mill-bejgħ tal-EP se jmorru għand il-Ġugar, biex ikun jista jkompli kif nafuh f'dan iż-żmien t'inċertezza.

Storja fuq l-arti u l-ħajja fiż-żmien ta' qabel il-virus.

credits

released May 18, 2020

Mużika u lirika ta' Karmaġenn

Irrekordjat id-dar (...yeah) Jannar-Marzu 2020

license

all rights reserved

tags

about

Karmaġenn Malta

Karmaġenn huwa proġett kollaborattiv ta’ diversi mużiċisti u artisti mix-xena lokali.

contact / help

Contact Karmaġenn

Streaming and
Download help

Report this album or account

If you like Karmaġenn, you may also like: