We’ve updated our Terms of Use to reflect our new entity name and address. You can review the changes here.
We’ve updated our Terms of Use. You can review the changes here.

Karma​ġ​enn

by Karmaġenn

/
  • Streaming + Download

    Includes high-quality download in MP3, FLAC and more. Paying supporters also get unlimited streaming via the free Bandcamp app.
    Purchasable with gift card

      name your price

     

  • Compact Disc (CD) + Digital Album

    L-album f'jewel case b'ktejjeb ta' 24 paġna bil-lirika u l-arti ta' Martina Farrugia, Carl Caruana, Catherine Farrugia u Leo Chircop.

    Includes unlimited streaming of Karmaġenn via the free Bandcamp app, plus high-quality download in MP3, FLAC and more.
    ships out within 2 days
    Purchasable with gift card

      €10 EUR or more 

     

1.
Sbatax 03:34
2.
Każin Night 04:00
Somali ħelu għall-aħħar Liebes xalla safra u roża Rieqed bi tbissima fl-earphones Fuq wara tat-tlettax Naomi neħħiet il-frenza minn għajnejha Il-kesħa u d-dlam, Diċembru ħmistax Kaldon u Jamie jistennew il-Ħamrun Jeanelle qiegħda siegħa tard Foga ta’ sigaretti Ħierġa mill-każin F’kantuniera bilqiegħda Tlett ixjuħ imċajprin Żifnu flimkien ma’ Niġerjan naqa boċċu Jeanelle u Jamie, saqajhom twal Mara trans, b’nuċċali mkemmex Tippoppa rkupptejha mar-ritmu Marsusin flimkien Iġsma fir-riħa ta’ tiġieġ moqli Naomi l-ewwel li saret ħara Għajnejha waqgħu fuq it-tifel t’oħt tal-bar Ġieli ratu l-JC Jixrob f’NYB mal-artisti tax-xena Jista’ jkun li hu ex ta’ Kaldon Għajnejh ileqqu daqs iż-żarbun ta’ Jamie Il-gallarija maqsuma Bejn taqa’ u ma taqax Hi u tgħajjat, Naomi Ħasset id-Docs iriegħdu l-art Jeanelle remblet tnejn, Kaldon spiċċa flixkun u mar ikellem lil sieħbu Naomi biex taljena ftakret f’tutorial li actually jinteressaha Fis-siegħa qabdu jimxu Kaldon ġab lil sieħbu miegħu Naomi ntefgħet tkellmu; jismu Warren, iħobb jilgħab bin-nokkli Qaltilhom bye mal-pont tal-Marsa It-tgargir tat-traffiku u d-dwal ileqqu Mxiet lej id-dar u Somali selmilha Kemm tħossha mara Maltija
3.
It-Tnejn filgħodu wara raid għand il-Lidl Kaldon u Naomi għal għand nannuha il-Ħamrun Djar iddekorati, Santa Klawsi jiżolqu Minn geġwiġija gallariji Kaldon libes qmis irrigata man-nuċċali Septum mislutat, u kalzetti roża mal-għekiesi Riħa ta’ skalora riflessa fil-madum In-nannu jpejjep fil-gallarija u jxomm il-borża qagħaq tal-għasel li ġabulu “Il-gvern nesihom in-nies,” jgħid hu, ex-Laburist, “Il-prodott tagħna tajjeb imma jimpurtaw minn kull m’haw.” Waqt li Kaldon jippreparalu curry Naomi tiċċassa lej ir-ritratt tan-nannu mal-vann. L-għalqa tiegħu kienet ħdej fej illum hemm il-Liquid Issa saret car park u kull darba li tmur Naomi tħossha ipokrita tippoża fil-Polaroids Fil-flett ta’ ħdejh tgħix matrijarka Niġerjana U n-nannu jħobb ixomm ir-riħa tal-istuffat tad-tadam Aljenat fil-konfini tal-appartament fuq il-Mile End Tinsel mal-wires tad-dawl, u l-curry ta’ Kaldon f’żaqqu U waqt li jarahom mexjin taħt l-iscaffolding Jaħseb, “Ħenn għalina, PA, ħenn għalina.” Jaqilgħu u jibnu u joktru u jibnu Jaqilgħu u jibnu u joktru u jibnu.
4.
L-aħħar ftira mal-bieb Familja Pakistana jpejpu mal-minimarket Riħa ta’ toast u platti tal-Ħamsinijiet, taħt arja t’inkwiet Id-drill perpetwali, eku fil-vojt ramli ta’ dar imwaqqa’ Ħdejn l-iskola Għal kisra falafel m’għand Dr Juice Jeanelle ħadet ritratt ta’ Naomi tiekol Tellugħ fuq il-page, Naomi kkunsidrat il-possibilita li jarah Warren U daħket biha nnifisha talli qed tħoss li qed tħoss għalih Għax is-soltu tfajliet huma n-nies li tixtieq terdagħhom U kull relazzjoni li kella s’issa kienet magħhom Mara b’sari kkulurit qisu r-rebbiegħa Tixtri m’għand vann tal-ħaxix Naomi u Jeanelle jitimgħu il-papri Fil-villaġġ li se jiġi rriklamat, Imnaddaf, imgezzez, issigurtat, iżolat Bużżieqa għas-sinjuri garantita f’liġi korrotta It-tewmin Latvjani għandhom xi jgħidu Żaqq tippoppa minn gallarija tad-djar tal-gvern Jeanelle tgerger fuq l-isfruttament tax-xogħol imma taċċettah U għal darba Naomi ma teħodiex magħha, hemm riħa ta’ Warren fl-arja Riħa ġdida Għax is-soltu tfajliet huma n-nies li tixtieq terdagħhom U kull relazzjoni li kella s’issa kienet magħhom
5.
Tentuxa 04:14
Kaldon jilgħabilha bit-tights Riħa ta’ ħaxixa; xagħar Naomi mitwi fuq ħadditha Illum ġurnata tajba għax ġiha l-period iġifieri kollox normali Jeanelle tiżfen ma’ tfajla b’wiċċ frisk Warren jitfi s-sigarett u jidħak Boqa mill-flixkun, Naomi tidgħi, ġietha tentuxa Eku tas-sireni u d-dija ta’ dawl fit-taraġ tar-raba’ sular Naomi tinħeleb f’xagħar Kaldon; tiżloq Tgħid il-lecturer ixomm il-vodka? Fuq wara tal-irbumbjar, naqa Sassy Socialist Memes jikkumplimentaw Dibattitu fuq id-Disney Avolja Kaldon u Naomi naqa zoned out “Tgħid Ben & Jerry’s għandu mqaret?” isaqsiha U ma tistax tieqaf tidħak Il-lecturer isaqsi x'ġara; Kaldon jgħidlu, “Xej sir; għandha tentuxa”
6.
Lumilarinġ 03:44
7.
Is-Sofra 03:26
Anzjan ifittex kisra ħobż fiż-żibel quddiem id-djar Wara lecture Naomi u Jamie niżlu sas-Sofra mill-JC li sar ġentrifikat Sikh b’turban inaqqar roti Tadam frisk għal mal-kemmun żejti Naomi tordna salad f’wrap Bajja orjentali fuq it-television Filippina liebsa par harems u sandli sejra tiġbor it-tifel mill-iskola Lebaniż jinzerta bott tahini mal-kunserva fil-convenience Naomi u Jamie jħossu firda tal-ġenerazzjonijiet Tagħmel sens li tkun veġetarjan imma mhux għal min hu xiħ Tifel queer iċempel lil ommu Indjana Sudaniż iżomm basket tal-laptop Siġra xiħa, mgħawġha u fgata Jamie jħossu komdu fil-preżenza ta’ Naomi Waqt li tgħidlu li xtrat album tal-Cure għal Warren għall-Milied Ah, ah
8.
L-ottimiżmu tal-Milied Sparixxa, vojt, fit-triq Li jgħaddi minnha Warren Il-Ħamis, u jrid jaħseb fil-kwiet Il-Marsa ħdej l-iskola primarja Iktar trab milli arja Dawl it-triq iteptep, jixgħel u jitfi l-kaxxi Minn ġewwa, għajjat ta’ tfal u ħasil ta’ platti Warren ipejjep f’kantuniera mżellġa Jagħmel għajn ma’ Niġerjan fil-gallarija b’sigarett Li jitbissimlu u joffrilu l-pakket Warren jilqgħu, id-dawl ta’ siġra fil-flett Ħdej il-knisja mara tfarfar fardal Aluminium u Dettol u minestra fuq in-nar Tlett ixjuħ ħerġin minn bar Birra u kafè Eritreani Tabiba sejra lura d-dar Ħdej fej toqod Naomi, Warren jiċċassa wara l-karozza Ix-xjuħ iżarmaw rota biċċiet żgħar Ħa jtuha ‘l Eritrean bħala rigal
9.
Karmaġenn 02:54
Tifel Senegaliż b’rota u beritta jiċċassa għal mument wara sorm tifel ieħor Ħelu u mibni, u jistħi wara ftit, u jsuq bil-kalzetti fil-flip flops. Lura l-garaxx ma’ sħabu; riħa ta’ petrol u injam Fil-garaxx ta’ ħdejhom, familja Karibeana Il-missier immuskolat isajjar il-patties F’taġen b’manku mwejjel fuq forn imsaddad Mużika kkulurita u tfal jilgħabu bil-beanies u l-ingwanti U l-ġakketti tal-GreenPak Tnejn jieqfu sekonda jixtru ilma taħt sema griża U d-driver taż-żibel bit-t-shirt tal-Megadeth. Naomi spiċċat lectures imma għandha xogħol illejla Tara tfajla ħelwa; kullar retro fuq libsa sewda L-ikla ta’ nofsinhar, il-petrol ilma mqaddes Il-karmaġenn ta’ moħħha, u l-Converse mal-bankina.
10.
Mixħuta fuq is-sodda bl-uniformi tax-xogħol Taqra artiklu fuq il-mobile fuq artisti f’New York Xagħra malji; ġimgħa oħra l-Milied Minn isfel tisma’ l-ommha tikkonsla lin-nannu Iħossu waħdu mingħajr il-kumpanija tat-television Ommha se tieħdu lura d-dar imma l-bard; u t-te għadu ma xarbux Bi spallejha jagħfsu daħlet il-ħanut F’għoxx is-sushi, f’għoxx it-tfal fil-high chairs Jeanelle diġa hemm b’ġiex platti f’idejha Ġimgha oħra sejra Berlin Ħalli żżur ħabiba li qed tesibixxi hemm U tixtri xeba nejk mill-fiera tal-Milied Xi darba kienet tħobb is-sushi; Lejl maġiku f’Awwissu ta’ wara l-O levels Ħut idub fix-xita tas-sħana Naomi għamlet sagħtejn impinġuti Tispjega lil Jeanelle kif in-nannu jisħet lil min jisħet ix-xita Kemm għandna bżonnha Dak kien sena u nofs ilu Madonna kif inbidlu f’sena u nofs Taħseb Naomi xħin tidħol fil-kċina Friska minn konfrontazzjoni Ma’ klijenta li nsisiet li s-sushi hu skadut Jeanelle tgħidilha li mhux ġejja l-istaff party, mhux għal minimum wage
11.
Nassaba 05:21
Qanpiena ddoqq mill-knisja tal-Marsa Naomi tippassiġġa lej il-bieb ta’ barra Il-kċina mfawra, ommha sajret torta Ħuha jnittef minnha waqt li jaħseb fuq it-teżi u Għandha bżonn tixrob Tbatti mit-tensjoni infinita fuq spallejha Ommha li taħdem mal-gvern Titbissmillha meta tgħaddi minn mas-siġra Taparsi se jiġġudikawha Għax tidher naqa emo meta propjament taf Li n-nies qatt ma jagħtu kas Ma’ Kaldon fuq tallinja qasmet fantasija Li tnassab lil Warren Fit-taraġ ta’ Block A Wara l-logic fil-klassi Fej ħadd qatt ma jifhem xej Il-kliem li jgħidu fil-vojt X’ħela ta’ ħin, jaħseb Kaldon Naomi tħossha lliberata Għax issa tista taħxi lil min trid Kaldon jikkunsidra l-impatt Tal-klassi soċjali fuq in-nies li jaf -- Għax tgħidlu kemm ħa tgħidlu, U jibqgħu kemm jibqgħu ħbieb Hemm dispreġġ bej il-modiet ta’ kif jitkellmu u ġieli Kaldon jaħseb li m’humiex mill-istess pajjiż Għax tgħidlu kemm ħa tgħidlu, U jibqgħu kemm jibqgħu ħbieb Ġieli Naomi ma tifhimx xi jrid jgħid imma jibqgħu qishom aħwa Jinġabru l-ħamsa quddiem wieħed mill-bars Kollha għandhom każ kliniku ta’ anzjetà Taħt rieda tħares dritt f’għajnejh Naomi taqbad lil Warren minn spallejh U jintredgħu fix-xita Waqt li jdoqqu n-1975 Jgħdiliha li għandha xagħarha Veru soft, qisha nannakola Lura d-dar ġo vann, Naomi tiddraftja l-messaġġ li se tibgħatlu għada Saret qisha rutina, mhux bħall-ewwel tfajla li ħabbet l-iskola Żmien ħelu, Naomi taf Li xi darba tirritorna għalih U fit-toroq urbani Hemm maġija moħbija fil-kwiet.
12.
Diżappuntat 03:09
Jamie qam il-Ħadd filgħodu u niżel Kuġinuh isajjar ħuta u jgħidlu fuq it-turbo ġdid It-tnejn iħobbu drag race imma ta’ tipi differenti Jamie għamel lejl imqajjem ipinġi u jaħseb fuq Naomi F’nofsinhar hu u kuġinuh igerrmu Jamie jara l-messaġġ ta’ Jeanelle Screenshots ta’ Naomi tgħidilha li għabbiet lil Warren Jamie jinqatagħlu l-aptit u jibda jaħseb ħafna Jaqbad l-awtobijografija ta’ Patti Smith B’għejja jiċċassa lej in-nies fit-triq Mara tħares minn wara l-antiporta Il-kommodina tleqq sal-kċina mudlama Singaporjani fil-bieb ta’ dar Libjan b’ġakketta blu irfinata Bennejja Serbjani li l-istat ma jagħrafx bħala Maltin Inaqqru ħobża biż-zatar m’għand il-Babaganoush Ir-riħa ta’ tewm u begonja Jamie jrid is-sodda ċaw

about

Dan l-album huwa kollaborazzjoni bejn Mark Abela ‘iz-Zizza’, Jimmy Bartolo, Carl Caruana, Leo Chircop, Noah Fabri, Catherine Farrugia, Martina Farrugia, Ryan Farrugia, Keith Fenech, Rafel Grima, Samwel Mallia, Caroline Spiteri, Martha Theuma, Rebecca Theuma (Hearts Beating In Time), Mario Vella u Michael Vella Zarb.

credits

released December 6, 2019

Mużika u lirika ta' Karmaġenn

Irrekordjat Jannar - Awwissu 2019;
il-Marsa, San Ġwann, Santa Luċija, San Ġiljan u Ħaż-Żebbuġ

Produzzjoni u mixing ta’ Karmaġenn
Mastering ta’ Yasmin Kuymizakis

Ringrazzjamenti jmorru lil Anna Zammit u Ray Fabri, għas-sapport kontinwu tagħhom; lil Samwel Grima għall-mikrofonu u l-pariri; lil Yasmin Kuymizakis għas-suġġerimenti fuq il-mix, u tal-mastering; lil Joe Debono għand l-Offbeat, Simone Falzon għand il-Maori, u t-tim tal-Ġugar; lil Justin Galea għall-parir fuq il-promozzjoni; lill-membri tal-Moviment Graffitti; lil Joanna Ciantar li ħallietni ndoqqilha l-pjanu fuq Każin Night; lil kull min daqq fuq l-album, ġie il-gigs, sema’ l-mużika u kien sors ta’ sapport u nkorraġiment; lin-nies tal-Green Area tal-JC (2015-2017), u lill-komunitajiet urbani tal-Ħamrun, il-Marsa, l-Imsida u l-Gżira.

B’dedikazzjoni lil Paul Clough (ispirazzjoni li ħalliena qabel waqtu f’Ġunju) u lil Mark iz-Zizza (għall-ġenerożità u l-inkorraġiment ġenwin u kontinwu).

license

all rights reserved

tags

about

Karmaġenn Malta

Karmaġenn huwa proġett kollaborattiv ta’ diversi mużiċisti u artisti mix-xena lokali.

contact / help

Contact Karmaġenn

Streaming and
Download help

Report this album or account

If you like Karmaġenn, you may also like: