1. |
Sbatax
03:34
|
|||
2. |
Każin Night
04:00
|
|||
Somali ħelu għall-aħħar
Liebes xalla safra u roża
Rieqed bi tbissima fl-earphones
Fuq wara tat-tlettax
Naomi neħħiet il-frenza minn għajnejha
Il-kesħa u d-dlam, Diċembru ħmistax
Kaldon u Jamie jistennew il-Ħamrun
Jeanelle qiegħda siegħa tard
Foga ta’ sigaretti
Ħierġa mill-każin
F’kantuniera bilqiegħda
Tlett ixjuħ imċajprin
Żifnu flimkien ma’ Niġerjan naqa boċċu
Jeanelle u Jamie, saqajhom twal
Mara trans, b’nuċċali mkemmex
Tippoppa rkupptejha mar-ritmu
Marsusin flimkien
Iġsma fir-riħa ta’ tiġieġ moqli
Naomi l-ewwel li saret ħara
Għajnejha waqgħu fuq it-tifel t’oħt tal-bar
Ġieli ratu l-JC
Jixrob f’NYB mal-artisti tax-xena
Jista’ jkun li hu ex ta’ Kaldon
Għajnejh ileqqu daqs iż-żarbun ta’ Jamie
Il-gallarija maqsuma
Bejn taqa’ u ma taqax
Hi u tgħajjat, Naomi
Ħasset id-Docs iriegħdu l-art
Jeanelle remblet tnejn, Kaldon spiċċa flixkun u mar ikellem lil sieħbu
Naomi biex taljena ftakret f’tutorial li actually jinteressaha
Fis-siegħa qabdu jimxu
Kaldon ġab lil sieħbu miegħu
Naomi ntefgħet tkellmu; jismu Warren, iħobb jilgħab bin-nokkli
Qaltilhom bye mal-pont tal-Marsa
It-tgargir tat-traffiku u d-dwal ileqqu
Mxiet lej id-dar u Somali selmilha
Kemm tħossha mara Maltija
|
||||
3. |
||||
It-Tnejn filgħodu wara raid għand il-Lidl
Kaldon u Naomi għal għand nannuha il-Ħamrun
Djar iddekorati, Santa Klawsi jiżolqu
Minn geġwiġija gallariji
Kaldon libes qmis irrigata man-nuċċali
Septum mislutat, u kalzetti roża mal-għekiesi
Riħa ta’ skalora riflessa fil-madum
In-nannu jpejjep fil-gallarija u jxomm il-borża qagħaq tal-għasel li ġabulu
“Il-gvern nesihom in-nies,” jgħid hu, ex-Laburist,
“Il-prodott tagħna tajjeb imma jimpurtaw minn kull m’haw.”
Waqt li Kaldon jippreparalu curry
Naomi tiċċassa lej ir-ritratt tan-nannu mal-vann.
L-għalqa tiegħu kienet ħdej fej illum hemm il-Liquid
Issa saret car park u kull darba li tmur
Naomi tħossha ipokrita tippoża fil-Polaroids
Fil-flett ta’ ħdejh tgħix matrijarka Niġerjana
U n-nannu jħobb ixomm ir-riħa tal-istuffat tad-tadam
Aljenat fil-konfini tal-appartament fuq il-Mile End
Tinsel mal-wires tad-dawl, u l-curry ta’ Kaldon f’żaqqu
U waqt li jarahom mexjin taħt l-iscaffolding
Jaħseb, “Ħenn għalina, PA, ħenn għalina.”
Jaqilgħu u jibnu u joktru u jibnu
Jaqilgħu u jibnu u joktru u jibnu.
|
||||
4. |
Mixja L-Gżira
04:11
|
|||
L-aħħar ftira mal-bieb
Familja Pakistana jpejpu mal-minimarket
Riħa ta’ toast u platti tal-Ħamsinijiet, taħt arja t’inkwiet
Id-drill perpetwali, eku fil-vojt ramli ta’ dar imwaqqa’
Ħdejn l-iskola
Għal kisra falafel m’għand Dr Juice
Jeanelle ħadet ritratt ta’ Naomi tiekol
Tellugħ fuq il-page, Naomi kkunsidrat il-possibilita li jarah Warren
U daħket biha nnifisha talli qed tħoss li qed tħoss għalih
Għax is-soltu tfajliet huma n-nies li tixtieq terdagħhom
U kull relazzjoni li kella s’issa kienet magħhom
Mara b’sari kkulurit qisu r-rebbiegħa
Tixtri m’għand vann tal-ħaxix
Naomi u Jeanelle jitimgħu il-papri
Fil-villaġġ li se jiġi rriklamat,
Imnaddaf, imgezzez, issigurtat, iżolat
Bużżieqa għas-sinjuri garantita f’liġi korrotta
It-tewmin Latvjani għandhom xi jgħidu
Żaqq tippoppa minn gallarija tad-djar tal-gvern
Jeanelle tgerger fuq l-isfruttament tax-xogħol imma taċċettah
U għal darba Naomi ma teħodiex magħha, hemm riħa ta’ Warren fl-arja
Riħa ġdida
Għax is-soltu tfajliet huma n-nies li tixtieq terdagħhom
U kull relazzjoni li kella s’issa kienet magħhom
|
||||
5. |
Tentuxa
04:14
|
|||
Kaldon jilgħabilha bit-tights
Riħa ta’ ħaxixa; xagħar Naomi mitwi fuq ħadditha
Illum ġurnata tajba għax ġiha l-period iġifieri kollox normali
Jeanelle tiżfen ma’ tfajla b’wiċċ frisk
Warren jitfi s-sigarett u jidħak
Boqa mill-flixkun, Naomi tidgħi, ġietha tentuxa
Eku tas-sireni u d-dija ta’ dawl fit-taraġ tar-raba’ sular
Naomi tinħeleb f’xagħar Kaldon; tiżloq
Tgħid il-lecturer ixomm il-vodka?
Fuq wara tal-irbumbjar, naqa Sassy Socialist Memes jikkumplimentaw
Dibattitu fuq id-Disney
Avolja Kaldon u Naomi naqa zoned out
“Tgħid Ben & Jerry’s għandu mqaret?” isaqsiha
U ma tistax tieqaf tidħak
Il-lecturer isaqsi x'ġara; Kaldon jgħidlu, “Xej sir; għandha tentuxa”
|
||||
6. |
Lumilarinġ
03:44
|
|||
7. |
Is-Sofra
03:26
|
|||
Anzjan ifittex kisra ħobż fiż-żibel quddiem id-djar
Wara lecture Naomi u Jamie niżlu sas-Sofra mill-JC li sar ġentrifikat
Sikh b’turban inaqqar roti
Tadam frisk għal mal-kemmun żejti
Naomi tordna salad f’wrap
Bajja orjentali fuq it-television
Filippina liebsa par harems u sandli sejra tiġbor it-tifel mill-iskola
Lebaniż jinzerta bott tahini mal-kunserva fil-convenience
Naomi u Jamie jħossu firda tal-ġenerazzjonijiet
Tagħmel sens li tkun veġetarjan imma mhux għal min hu xiħ
Tifel queer iċempel lil ommu Indjana
Sudaniż iżomm basket tal-laptop
Siġra xiħa, mgħawġha u fgata
Jamie jħossu komdu fil-preżenza ta’ Naomi
Waqt li tgħidlu li xtrat album tal-Cure għal Warren għall-Milied
Ah, ah
|
||||
8. |
Aluminium U Trab
05:09
|
|||
L-ottimiżmu tal-Milied
Sparixxa, vojt, fit-triq
Li jgħaddi minnha Warren
Il-Ħamis, u jrid jaħseb fil-kwiet
Il-Marsa ħdej l-iskola primarja
Iktar trab milli arja
Dawl it-triq iteptep, jixgħel u jitfi l-kaxxi
Minn ġewwa, għajjat ta’ tfal u ħasil ta’ platti
Warren ipejjep f’kantuniera mżellġa
Jagħmel għajn ma’ Niġerjan fil-gallarija b’sigarett
Li jitbissimlu u joffrilu l-pakket
Warren jilqgħu, id-dawl ta’ siġra fil-flett
Ħdej il-knisja mara tfarfar fardal
Aluminium u Dettol u minestra fuq in-nar
Tlett ixjuħ ħerġin minn bar
Birra u kafè Eritreani
Tabiba sejra lura d-dar
Ħdej fej toqod Naomi, Warren jiċċassa wara l-karozza
Ix-xjuħ iżarmaw rota biċċiet żgħar
Ħa jtuha ‘l Eritrean bħala rigal
|
||||
9. |
Karmaġenn
02:54
|
|||
Tifel Senegaliż b’rota u beritta jiċċassa għal mument wara sorm tifel ieħor
Ħelu u mibni, u jistħi wara ftit, u jsuq bil-kalzetti fil-flip flops.
Lura l-garaxx ma’ sħabu; riħa ta’ petrol u injam
Fil-garaxx ta’ ħdejhom, familja Karibeana
Il-missier immuskolat isajjar il-patties
F’taġen b’manku mwejjel fuq forn imsaddad
Mużika kkulurita u tfal jilgħabu bil-beanies u l-ingwanti
U l-ġakketti tal-GreenPak
Tnejn jieqfu sekonda jixtru ilma taħt sema griża
U d-driver taż-żibel bit-t-shirt tal-Megadeth.
Naomi spiċċat lectures imma għandha xogħol illejla
Tara tfajla ħelwa; kullar retro fuq libsa sewda
L-ikla ta’ nofsinhar, il-petrol ilma mqaddes
Il-karmaġenn ta’ moħħha, u l-Converse mal-bankina.
|
||||
10. |
Shift 7pm-12am
03:54
|
|||
Mixħuta fuq is-sodda bl-uniformi tax-xogħol
Taqra artiklu fuq il-mobile fuq artisti f’New York
Xagħra malji; ġimgħa oħra l-Milied
Minn isfel tisma’ l-ommha tikkonsla lin-nannu
Iħossu waħdu mingħajr il-kumpanija tat-television
Ommha se tieħdu lura d-dar imma l-bard; u t-te għadu ma xarbux
Bi spallejha jagħfsu daħlet il-ħanut
F’għoxx is-sushi, f’għoxx it-tfal fil-high chairs
Jeanelle diġa hemm b’ġiex platti f’idejha
Ġimgha oħra sejra Berlin
Ħalli żżur ħabiba li qed tesibixxi hemm
U tixtri xeba nejk mill-fiera tal-Milied
Xi darba kienet tħobb is-sushi;
Lejl maġiku f’Awwissu ta’ wara l-O levels
Ħut idub fix-xita tas-sħana
Naomi għamlet sagħtejn impinġuti
Tispjega lil Jeanelle kif in-nannu jisħet lil min jisħet ix-xita
Kemm għandna bżonnha
Dak kien sena u nofs ilu
Madonna kif inbidlu f’sena u nofs
Taħseb Naomi xħin tidħol fil-kċina
Friska minn konfrontazzjoni
Ma’ klijenta li nsisiet li s-sushi hu skadut
Jeanelle tgħidilha li mhux ġejja l-istaff party, mhux għal minimum wage
|
||||
11. |
Nassaba
05:21
|
|||
Qanpiena ddoqq mill-knisja tal-Marsa
Naomi tippassiġġa lej il-bieb ta’ barra
Il-kċina mfawra, ommha sajret torta
Ħuha jnittef minnha waqt li jaħseb fuq it-teżi u
Għandha bżonn tixrob
Tbatti mit-tensjoni infinita fuq spallejha
Ommha li taħdem mal-gvern
Titbissmillha meta tgħaddi minn mas-siġra
Taparsi se jiġġudikawha
Għax tidher naqa emo meta propjament taf
Li n-nies qatt ma jagħtu kas
Ma’ Kaldon fuq tallinja qasmet fantasija
Li tnassab lil Warren
Fit-taraġ ta’ Block A
Wara l-logic fil-klassi
Fej ħadd qatt ma jifhem xej
Il-kliem li jgħidu fil-vojt
X’ħela ta’ ħin, jaħseb Kaldon
Naomi tħossha lliberata
Għax issa tista taħxi lil min trid
Kaldon jikkunsidra l-impatt
Tal-klassi soċjali fuq in-nies li jaf --
Għax tgħidlu kemm ħa tgħidlu,
U jibqgħu kemm jibqgħu ħbieb
Hemm dispreġġ bej il-modiet ta’ kif jitkellmu u ġieli Kaldon jaħseb li m’humiex mill-istess pajjiż
Għax tgħidlu kemm ħa tgħidlu,
U jibqgħu kemm jibqgħu ħbieb
Ġieli Naomi ma tifhimx xi jrid jgħid imma jibqgħu qishom aħwa
Jinġabru l-ħamsa quddiem wieħed mill-bars
Kollha għandhom każ kliniku ta’ anzjetà
Taħt rieda tħares dritt f’għajnejh
Naomi taqbad lil Warren minn spallejh
U jintredgħu fix-xita
Waqt li jdoqqu n-1975
Jgħdiliha li għandha xagħarha
Veru soft, qisha nannakola
Lura d-dar ġo vann,
Naomi tiddraftja l-messaġġ li se tibgħatlu għada
Saret qisha rutina, mhux bħall-ewwel tfajla li ħabbet l-iskola
Żmien ħelu, Naomi taf
Li xi darba tirritorna għalih
U fit-toroq urbani
Hemm maġija moħbija fil-kwiet.
|
||||
12. |
Diżappuntat
03:09
|
|||
Jamie qam il-Ħadd filgħodu u niżel
Kuġinuh isajjar ħuta u jgħidlu fuq it-turbo ġdid
It-tnejn iħobbu drag race imma ta’ tipi differenti
Jamie għamel lejl imqajjem ipinġi u jaħseb fuq Naomi
F’nofsinhar hu u kuġinuh igerrmu
Jamie jara l-messaġġ ta’ Jeanelle
Screenshots ta’ Naomi tgħidilha li għabbiet lil Warren
Jamie jinqatagħlu l-aptit u jibda jaħseb ħafna
Jaqbad l-awtobijografija ta’ Patti Smith
B’għejja jiċċassa lej in-nies fit-triq
Mara tħares minn wara l-antiporta
Il-kommodina tleqq sal-kċina mudlama
Singaporjani fil-bieb ta’ dar
Libjan b’ġakketta blu irfinata
Bennejja Serbjani li l-istat ma jagħrafx bħala Maltin
Inaqqru ħobża biż-zatar m’għand il-Babaganoush
Ir-riħa ta’ tewm u begonja
Jamie jrid is-sodda ċaw
|
Karmaġenn Malta
Karmaġenn huwa proġett kollaborattiv ta’ diversi mużiċisti u artisti mix-xena lokali.
Streaming and Download help
If you like Karmaġenn, you may also like:
Bandcamp Daily your guide to the world of Bandcamp