We’ve updated our Terms of Use to reflect our new entity name and address. You can review the changes here.
We’ve updated our Terms of Use. You can review the changes here.

Urbanali

by Karmaġenn

supported by
Salvatore Munzone
Salvatore Munzone thumbnail
Salvatore Munzone A contemporary Maltese musical landscape, you won't get more real than this.
lukecheree
lukecheree thumbnail
lukecheree Beautiful music emanating this feeling of a Saturday afternoon in an open balcony in Malta; with a view of an abandoned villa on the other side of the street. Loved it on a first listen. Favorite track: uċuħ fis-sħab.
/
  • Streaming + Download

    Includes high-quality download in MP3, FLAC and more. Paying supporters also get unlimited streaming via the free Bandcamp app.
    Purchasable with gift card

      name your price

     

1.
Mutur tal-Wolt quddiem razzett il-Baħrija Bl-għelieqi jfuru basal u tewm Ħanut wara l-ieħor, kalejdoskopju ta' tabelli u irwejjaħ, lingwi mimlijin ħajja Aġenziji jċaqalqu l-ħaddiema 'dwar id-dinja fit-traċċi tal-kolonjaliżmu Tintilef titqatta' tipprova tivvibra tinsa' torganizza tinsa' l-komunità Nemla ddur il-Gżira tieħu te m'għand l-Afro Deli Il-plastik it-tfal tagħna, il-crypto dixxendenti tad-dejn Struttura nfurrata infrastruttura gażaża Min jikkontrolla l-kontroll tal-loġistika?
2.
Żiffa t'Ottubru Koxxa xewk xewk f'għabex tal-lellux L-innoċenza kkumplikata li tilgħab bix-xahar X'ħin taqa' part time tista' żżiegħel bil-forma tas-sħab Tqaħqiħa ta' tfajla, testosterone jiġri fid-demm Il-pori ta' ġilda ratba milqugħa minn dawl ikkaramelizzat Tidwira ta' żewġt ispag isiru ħabel u jinħallu x'ħin tħallihom L-għaraq għasra bejn kuxxtejn imniddfa, żibġa bħal xemgħa maħlula Għonq ta' mara, xedaq ta' raġel Taxxa mħallsa u gass jispiċċalek X'uċuħ qed tara fis-sħab?
3.
ġunju 03:41
Tqaxxar it-tewm b'idejha fuq l-għatba tal-ħanut Wieħed b'qmis tiġih baħar idur fuq rota Xwejħa tperper fann qalb l-għamara għall-bejgħ Triq maqlugħa, l-aġent jifli il-katalogu mas-sid tas-supermarket Jiftiehmu bil-Malti, Sarah sandli u brazzuletta biż-żibeġ tal-injam Una xtrat żarbun, bgħatet lil Sarah tixtri kitla m'għand Attard Nina u klijent inaqqru l-popcorn mal-kafè It-te bl-imsiemer tal-qronfol Anzjana Eritrejana b'libsa ħadra u velu aħmar tgħaddi żbrixx minn mal-iċċaċċrar tal-irġiel quddiem bazaar Tat-Transport Malta u wieħed ipejjep fuq l-għatba Jgħidu kelmtejn fuq kemm huma tal-biża' il-muturi tal-Bolt Bi tliet lingwi jilgħabu l-billiards 'Ejja liba!' 'Issa naraw...' 'You talk too much, ħaqq għall-Madonna!' Nina bil-karretta tmur tixtri l-ħaxix, tgħid bonġu titmejjel b'kull raġel fuq kull siġġu u sufan Flip-flops fuq il-madum, daħka tlewwem il-ħaddejn, Sarah tibda taqli l-basal, borom tal-metall iċekċku Tat-Transport Malta għand Marisa jgħidu stejjer fuq pulizija mċappsin coke
4.
Ġo din il-pjazza hawn mibiegħda ġejja minn tul ta' snin Iriduk temmen f'xi ħaġa li jitmugħielek fin fin Taqbad tikber u tistaqsi, tipprova tiskopri min int, Jgħidulek xi trid issegwi issa imma għodok ma fhimtx Tikber f'post ikissruhulhek, iħalluhulek biss fil-ħolm Tipprova tibni ir-riżorsi u bir-rutina u r-ritorn U meta s-sħab jisparixxu u tnemmes toħroġ ix-xemx Dlonk tmur il-bogħod tippassiġġa, tipprova tiskopri x'hemm Ġnien li jwarrad waħdu kollu siġar li jitimgħuk Daw l-għasafar qed jegħmżulek, taħt id-dell jarawk Dal-ħaxix donnu jgħarraxni u x-xemx tadurak Naħal bieżel isellimlek donnu qed jintrigak Semgħuk tkanta qalb il-wied li mimli bil-ħlewwa Semgħuk tħaxwex qalb iz-zkuk tipprova tidħol 'il ġewwa U x'ħin tidħol ġewwa u tara xi ssib Ġnien li jwarrad waħdu mingħajr xkiel u rbit Li tilqa' l-elementi u xi ftit min-nies U wara tbexxaq tieqa u tkebbes fjamma għatih Li tagħlaq għajnejk u ma jinkwetak xejn għax il-qamar tal-lejla jħaddnek b'żewġ idejn
5.
Kull triq maqlugħa għall-interess ta' kuntrattur Kull flat ma jeżistix ġa mibjugħ It-toroq l-istorja ta' ġenerazzjonijiet ta' sinjuri u fqar jirkbu dahar xulxin Min jikri isfel ħa jżomm il-ħanut fejn l-għajdut tal-Ħamrun jgħaqqad għanqbuta ta' nies Siġar taż-żebbuġ bħal faċċata mingħajr dar Bidwi studja l-marketing m'għandux bżonn pitkal Imma missieru ma jtihx ċans jaħdem għal rasu, kliem ix-xiħ tatix kasu U r-romantiċiżmu ta' dawk li mingħalihom is-salvatur Bejn kera sema u ilma, ħolma burokratika Stima fuq il-paga ta' perit Bidwi mtella' l-qorti fuq fuq kull kmajra u dokument bieb ma' bieb ma' kumpless tax-xiri F'din il-kumpless m'hemmx ħajja, m'hemmx amment ta' kemm-il Ħamruniż werżaq Joe Portelli l-president Siġar taż-żebbuġ bħal faċċata mingħajr dar Bidwi studja l-marketing m'għandux bżonn pitkal Imma missieru ma jtihx ċans jaħdem għal rasu, kliem ix-xiħ tatix kasu M'hemmx ħitan għall-ilma u n-naħal, u l-pestiċidi jerħu sal-baħar Il-bnedmin u l-ħaxix ħażin jiżbukkaw diġà magħqudin flimkien Sta għall-bdiewa biex isalvawna, imma għax il-gvern ma jridx jiggverna L-art bħall-baħar, tinħall f'idejk mimlija żejt
6.
tindifa 03:57
Fabuloso fil-barmil Platti jċekċku f'sink għand il-ġirien Għasfur tal-bejt isaffar hi u togħrok il-kċina Sularijiet tankijiet tal-ilma griżi u blu Xagħar kullimkien, il-biċċa f'barmil iswed Sprejj fuq it-twieqi, ħama ħamrija fl-aperturi L-appartament xtratulha z-zija Kieku ma kienx għaliha ma setgħetx tieħu loan Il-ġar inewlilha ħasda lumi u pastard, tiffranka tletin ewro m'għand l-iSpar L-isqueezer tmelles il-madum Tnaddaf biex tkappar sular u taqsmu man-nemel L-għaraq iċarċar hi u tiknes il-gallarija Ġara toħroġ tonxor, timsaħ il-ħabel u ttiha nofs tislimha Flus tal-bżonn, ta' nies maqbuda ma' xulxin Flok flus tal-istat jirkbu għejja fuq l-għejja tat-tindif Siġġijiet lura f'posthom, xkupi fil-kamra tal-imbarazz It-tentufa trab u pass imżelleġ li ma jerħi qatt L-enerġija minn fejn ġejja jekk mhux mill-ħruq? Mill-għerf imġissem tan-nisa jiġi tradott il-valur
7.
kobor 03:23
Niftakrek ixxejjer flokk fuq rasek il-Maori Niftakrek tgħidli li int bidwi int u titlef il-filter fuq it-taraġ tal-Ġugar X'kobor - issaħħarna bis-sax tiegħek X'kobor - togħdos fl-univers X'kobor - għal kull darba li fqajt 'l Alla X'kobor - it-Twistees ma' subgħajk Fuq it-tapit sagru nixgħelu xemgħa Każin mingħajr knisja, kummerċ mingħajr profitt Ħajja ġdida għad trid tinbet fl-ispazju li ħallejtilna int
8.
l-għeluq 03:57
Iċ-ċpar ta' sigaretti mal-bar Jinħall fin-nida taż-żerniq, is-sirda tgħarrax id-dahar Il-bieb jinstabat u bl-adrenalina jistokjaw il-friġġ It-tlieta m'għandhomx idea x'għadu kif ġara, għalqu bi żbrixx Ħabib xurban ma riedx jitlaq, baqa' jitkarrab għal flixkun Sakemm kważi għallaq lil Keira b'idejh granfata mal-pum Imbagħad għal 'ok' u telaq 'l hemm u ħallihom jgħoddu fil-kwiet Itertru biex jimsħu l-istainless steel Imxew s'għand Reno, bgħatu messaġġ fil-grupp Irranġaw il-misluta ta' Keira li nqalgħet Ipejpu fuq wara, b'kitarra u Olandiż, jiddiskutu l-crochet coral reef It-tlieta li huma għaqdithom l-esperjenza f'tarf il-ħajja, għaliha wisq jixxenqu Keira tniżżel pinta ma' ħabibtha taħt il-ġibs tal-irdum tal-Exiles L-arja mniġġsa snien bħal xfafar lesti jigdmu F'għoxx l-irġiel U l-cash flow li tħallihom iħawdu Jiġu fuqek, isaqsuk għal ismek, intix tifel jew tfajla F'għoxx l-irġiel U l-ġibda tal-poter u t-tossiċità Iġerruh f'wiċċek, ma jħallukx bi kwietek, ma jafux li qed jitterrorizzaw F'għoxx l-irġiel L-istituzzjoni li tfallihom tfallina L-ispazju mibni kontrina Nirriklamawh għalina
9.
Kelmti kontra kelmtek, dak li għalija hu l-aħjar Jekk bl-oppressjoni tiegħek tgħidli li aħjar nibqa' d-dar U biex nagħlaq saqajja, u biex inżomm il-kwiet Jiena lesta ngħolli leħni u għal ta' warajja nwitt it-triq Daqshekk is-silenzju, ma jagħmel ġid lil ħadd Li tinnega esperjenza jew li tinnega weġgħat Tmur tipprotesta l-Belt bit-tapit u bix-xemgħat U lin-nisa f'ħajtek x'inhu għalihom ta' ġid twarrab Għax it-tbatija diffiċli u tista' ma tifhimhiex Iżda tista' tempatizza mingħajr ma tgħid dak li mhuwiex Tħalli lil min kapaċi jagħżel biex jieħu deċiżjoni U żżomm għalik jekk ħadd ma saqsiek għal opinjoni Bla ma tifhem it-tbatija, l-esperjenzi, l-verità Bla ma tifhem il-mara, l-awtonomija u l-għażla Nieħdu deċiżjoni, għalija naf x'inhu l-aħjar Jien kapaċi nanalizza, u mhux minn siġġu tfajjar L-abort għal Malta importanti In-narrattivi jqanqlu weġgħat Illum qabel għada iddiriminalizzat Għax jekk int mhux bżonnu issa jaf hemm min bżonnu llum Hemm min isiefer ikollu, hemm min bil-pirmli muġugħ Jekk tikkontribwixxi għad-diskussjoni ma tistax Jekk kull ma joħroġ minn ħalqek hu useless ma tarax Tużax mibgħeda, pprova ifhem is-sitwazzjoni qabel bi kliemek tweġġa' u toħloq oppożizzjoni Jekk int m'għandekx passaport, jekk m'għandekx tmintax Jekk inqbadt tqila u tħallas ma tistax mela dan il-pajjiż jikkriminalizzak Mhux għax trid ittermina iżda għax qed tħammeġ dal-blat Għal min irid jisħaq il-purità f'isem l-ipokrezija Għal min jaf il-verità u jibqa' jgħattiha Kulħadd għandu opinjoni ta' x'nagħmel ġismi imma ħadd ħlief jien ma jista' jitkellem f'ismi
10.
Sabiħa r-rebbiegħa għand Robi Haw żiffa sajfija U l-kenn fl-arja ħdej il-pjazza Tal-familji wara l-bibien kwieti, bit-twieqi mdawla u l-arja nnemmla Haw il-kwiet, erba' Skol u ġiex tejiet bl-imsiemer tal-qronfol u l-weraq friski Wieħed ġie jbiddel id-diska Riħa ta' deoderant qisha prinjol u chewing gum taħt ħaddejn femminnili, ttundjati Barra riħa ta' bużbież, ħamrija u trab itiru Żiffa tkessaħ is-saħna tal-ġiżimin T-shirt tal-Maleficent, ġakketta komda Imsielet, ġiżirana Daħka minn tagħna It-tifel ħa jagħlaq ħdax-il sena Imorru jixtru m'għand il-vann imbagħad isibu 'l sħabha għand Robi Hemm Valentina u Yonas jiddiskutu il-politika Hi tgħidilhom fuq żmienha fl-armata Tinstab tajba llejla, traqqad it-tifel Mhix qed tħossha waħeda fid-dar mikrija bħal ħajjitha Qabel ma torqod tagħti il-pjaċir lilha nnifisha Ġurnata oħra xogħol Għada qed toħlom li tmur il-bogħod

about

It-tieni album tal-Karmaġenn, ħarsa kwir u sexy lejn il-kontinwità bejn l-ambjenti urbani u dawk rurali.

Pittura tal-qoxra ta' Edera Muscat

Ħajr lill-komunitajiet li ħallewni nirrakkonta xi ftit mill-istejjer tagħhom, speċjalment lil Robi, 'l Marisa u s-Selam tal-ħafna tejiet. Lill-Fah Rouge u l-kobor tiegħu. Lil kull min daqq fuq l-album (dettalji iktar 'l isfel) u laqgħuni fl-ispazju mużikali tagħhom, lil Oliver u Samwel li ngħaqdu magħna għat-tnedija. Lil Oliver għal darb'oħra għax irranġali l-bass line ta' kobor għal-live u sraqtulu.

Grazzi lill-ħbieb li għext magħhom fl-aħħar sentejn talli ssaportejtu l-istorbju, speċjalment Matthew li jieħu ħafna paċenzja bijja.

Maya ħarġet bit-titlu, u permezz tal-diskussjonijiet li jkollna waqt li nimxu madwar il-Ħamrun ħarġu ħafna mill-ideat li ktibt fuqhom. Ħafna mill-mużika ukoll tnebbħet mid-dawriet fil-karozza tagħha, mal-playlists tagħha għal kull burdata u żmien tas-sena. Dan ma' ngħidu xejn dwar il-ħafna ħafna paċenzja u sapport li dejjem tatni f'kull qasam!

Irrekordjat bejn l-2021 u l-2023, il-Pietà, Birkirkara, Tas-Sliema, San Ġiljan, San Ġwann u l-Marsa

credits

released February 11, 2023

James Cummings: sax
Caroline Spiteri, Michael Vella Zarb, iz-Zizza: drums
Carol Ciantar: vjolin
REA: lirika u vrus fuq tinfetaħ tingħorok u kelmti kontra kelmtek
Noah Fabri: il-kumplament

license

all rights reserved

tags

about

Karmaġenn Malta

Karmaġenn huwa proġett kollaborattiv ta’ diversi mużiċisti u artisti mix-xena lokali.

contact / help

Contact Karmaġenn

Streaming and
Download help

Report this album or account

If you like Karmaġenn, you may also like: