We’ve updated our Terms of Use to reflect our new entity name and address. You can review the changes here.
We’ve updated our Terms of Use. You can review the changes here.

kelmti kontra kelmtek

from Urbanali by Karmaġenn

/
  • Streaming + Download

    Includes high-quality download in MP3, FLAC and more. Paying supporters also get unlimited streaming via the free Bandcamp app.
    Purchasable with gift card

      name your price

     

about

ma' REA

lyrics

Kelmti kontra kelmtek, dak li għalija hu l-aħjar
Jekk bl-oppressjoni tiegħek tgħidli li aħjar nibqa' d-dar
U biex nagħlaq saqajja, u biex inżomm il-kwiet
Jiena lesta ngħolli leħni u għal ta' warajja nwitt it-triq

Daqshekk is-silenzju, ma jagħmel ġid lil ħadd
Li tinnega esperjenza jew li tinnega weġgħat
Tmur tipprotesta l-Belt bit-tapit u bix-xemgħat
U lin-nisa f'ħajtek x'inhu għalihom ta' ġid twarrab

Għax it-tbatija diffiċli u tista' ma tifhimhiex
Iżda tista' tempatizza mingħajr ma tgħid dak li mhuwiex
Tħalli lil min kapaċi jagħżel biex jieħu deċiżjoni
U żżomm għalik jekk ħadd ma saqsiek għal opinjoni

Bla ma tifhem it-tbatija, l-esperjenzi, l-verità
Bla ma tifhem il-mara, l-awtonomija u l-għażla
Nieħdu deċiżjoni, għalija naf x'inhu l-aħjar
Jien kapaċi nanalizza, u mhux minn siġġu tfajjar

L-abort għal Malta importanti
In-narrattivi jqanqlu weġgħat
Illum qabel għada iddiriminalizzat
Għax jekk int mhux bżonnu issa jaf hemm min bżonnu llum
Hemm min isiefer ikollu, hemm min bil-pirmli muġugħ
Jekk tikkontribwixxi għad-diskussjoni ma tistax
Jekk kull ma joħroġ minn ħalqek hu useless ma tarax
Tużax mibgħeda, pprova ifhem is-sitwazzjoni qabel bi kliemek tweġġa' u toħloq oppożizzjoni
Jekk int m'għandekx passaport, jekk m'għandekx tmintax
Jekk inqbadt tqila u tħallas ma tistax mela dan il-pajjiż jikkriminalizzak
Mhux għax trid ittermina iżda għax qed tħammeġ dal-blat
Għal min irid jisħaq il-purità f'isem l-ipokrezija
Għal min jaf il-verità u jibqa' jgħattiha
Kulħadd għandu opinjoni ta' x'nagħmel ġismi imma ħadd ħlief jien ma jista' jitkellem f'ismi

credits

from Urbanali, released February 11, 2023

license

all rights reserved

tags

about

Karmaġenn Malta

Karmaġenn huwa proġett kollaborattiv ta’ diversi mużiċisti u artisti mix-xena lokali.

contact / help

Contact Karmaġenn

Streaming and
Download help

Report this track or account

If you like Karmaġenn, you may also like: