Iċ-ċpar ta' sigaretti mal-bar
Jinħall fin-nida taż-żerniq, is-sirda tgħarrax id-dahar
Il-bieb jinstabat u bl-adrenalina jistokjaw il-friġġ
It-tlieta m'għandhomx idea x'għadu kif ġara, għalqu bi żbrixx
Ħabib xurban ma riedx jitlaq, baqa' jitkarrab għal flixkun
Sakemm kważi għallaq lil Keira b'idejh granfata mal-pum
Imbagħad għal 'ok' u telaq 'l hemm u ħallihom jgħoddu fil-kwiet
Itertru biex jimsħu l-istainless steel
Imxew s'għand Reno, bgħatu messaġġ fil-grupp
Irranġaw il-misluta ta' Keira li nqalgħet
Ipejpu fuq wara, b'kitarra u Olandiż, jiddiskutu l-crochet coral reef
It-tlieta li huma għaqdithom l-esperjenza f'tarf il-ħajja, għaliha wisq jixxenqu
Keira tniżżel pinta ma' ħabibtha taħt il-ġibs tal-irdum tal-Exiles
L-arja mniġġsa snien bħal xfafar lesti jigdmu
F'għoxx l-irġiel
U l-cash flow li tħallihom iħawdu
Jiġu fuqek, isaqsuk għal ismek, intix tifel jew tfajla
F'għoxx l-irġiel
U l-ġibda tal-poter u t-tossiċità
Iġerruh f'wiċċek, ma jħallukx bi kwietek, ma jafux li qed jitterrorizzaw
F'għoxx l-irġiel
L-istituzzjoni li tfallihom tfallina
L-ispazju mibni kontrina
Nirriklamawh għalina
Recorded over the space of a year, the vivid pop songs on the latest from themme fatale match sugary hooks with diaristic lyrics. Bandcamp New & Notable Jun 13, 2022
This debut album from the Chicago art-pop collective brings together their disco, lounge pop, and '70s soul influences. Bandcamp New & Notable Oct 15, 2021
A new record from Sondre Lerche is packed full of big hooks, bigger feelings, and twinkly instrumentation more minimalist than baroque. Bandcamp New & Notable May 7, 2020