Sarah ressqet lejja u Liam tar irembel
Karkariża bħali, marret tgħix m'Indoneżjana għax fej trabbiet ħadu l-iSmart
Tifel jivvogueja taħt Janice tgerger fuq it-tfal
Sarah ħassret ma' Yanika, Laburista mill-kbar, jaqgħu kemm jaqgħu djar u ma felħitx tissaportiha
Liam jieħu d-deliveries fej taħdem hi, jimportaw għas-supermarkets
Qaltli li hi parti mill-ħajja tas-supply chain
Wiċċha mielħi u spallitha żerżqu taħt id-dwal
Ħadt nifs, ħaristilha fiss, ħassejt saqajja jsiru trab
Sarah tiżfen qaltli tħossha fuq l-irdum
Imma fl-aħħar għandha l-flus u tatni ħarsa għal fuq imnieħri
Imma rrid inħallas l-insurance, u Sarah għollewlha l-kera
Xorta ma nafu xej u jekk sejrin tajjeb nixorbu t-tnej għax naffordjaw
Bużżieqa għal ħajja fraġli u sabiħa
Bħal tiegħi u ta' Sarah kieku naffordjaw inkunu sidien tal-għamara tagħna
So żvugajtilha jien fuq kif qed jistressjani Frank
Ħariġli ta' boomer u vera kelli nimbotta biex intellgħu ix-xogħol ta' Giulia
Jissorprenduni daw l-artisti li jixjieħu u jsiru cosy u konservattivi
Sarah qaltli li ħuha l-kbir manager u baqa moħħu msakkar
L-ieħor daħal bidwi u tammirah għax m'għażilx ħajja faċli
Familtha kienu magħfusin bejn meta stajt tarma negozju u meta sirna kollha corporate
Il-ħin kollu kellhom jiġru wara l-flus, sakemm bnew id-dar, u hi bdiet ma' missierha, u ġabet l-esperjenza minn hemm
Qaltli kriżi meta tħassar ta' tletin
Tispiċċa waħedha, u AJ tikkunslaha meta tidħol mill-ispiżerija
Ħmew kejk ifuħ u daru road trip mal-gżira
Kienet lesta tissetilja issa tfissed lilha nnifisha
U bqajt skantatha mingħajr kliem, u xrobt il-gin li ġabitli
Bdejt niċċaqlaq taħt l-uċuħ u d-dwal
Ma ridtx nitlaq, imma qaltli, "Narak --"
Għedtilha, "'kk dak għaddi waħda sal-Belt, forsi jgħoġbok ix-xogħol," u mingħajr ma ridt ersaqt lura lej Giulia bil-jack coke f'idejha.
Heart-on-sleeve indie from beat radio pairs candid and confessional lyrics with rugged and determined rock arrangements. Bandcamp New & Notable Oct 22, 2022
This four-track live EP from singer Merryn Jeann has a sense of otherworldliness in its mystic, magical compositions. Bandcamp New & Notable Jul 3, 2022
Recorded over the space of a year, the vivid pop songs on the latest from themme fatale match sugary hooks with diaristic lyrics. Bandcamp New & Notable Jun 13, 2022