We’ve updated our Terms of Use to reflect our new entity name and address. You can review the changes here.
We’ve updated our Terms of Use. You can review the changes here.

tindifa

from Urbanali by Karmaġenn

/
  • Streaming + Download

    Includes high-quality download in MP3, FLAC and more. Paying supporters also get unlimited streaming via the free Bandcamp app.
    Purchasable with gift card

      name your price

     

about

ma' James Cummings

lyrics

Fabuloso fil-barmil
Platti jċekċku f'sink għand il-ġirien
Għasfur tal-bejt isaffar hi u togħrok il-kċina
Sularijiet tankijiet tal-ilma griżi u blu

Xagħar kullimkien, il-biċċa f'barmil iswed
Sprejj fuq it-twieqi, ħama ħamrija fl-aperturi

L-appartament xtratulha z-zija
Kieku ma kienx għaliha ma setgħetx tieħu loan
Il-ġar inewlilha ħasda lumi u pastard, tiffranka tletin ewro m'għand l-iSpar

L-isqueezer tmelles il-madum
Tnaddaf biex tkappar sular u taqsmu man-nemel
L-għaraq iċarċar hi u tiknes il-gallarija
Ġara toħroġ tonxor, timsaħ il-ħabel u ttiha nofs tislimha

Flus tal-bżonn, ta' nies maqbuda ma' xulxin
Flok flus tal-istat jirkbu għejja fuq l-għejja tat-tindif

Siġġijiet lura f'posthom, xkupi fil-kamra tal-imbarazz
It-tentufa trab u pass imżelleġ li ma jerħi qatt
L-enerġija minn fejn ġejja jekk mhux mill-ħruq?
Mill-għerf imġissem tan-nisa jiġi tradott il-valur

credits

from Urbanali, released February 11, 2023

license

all rights reserved

tags

about

Karmaġenn Malta

Karmaġenn huwa proġett kollaborattiv ta’ diversi mużiċisti u artisti mix-xena lokali.

contact / help

Contact Karmaġenn

Streaming and
Download help

Report this track or account

If you like Karmaġenn, you may also like: