Riħa ta’ skalora riflessa fil-madum
In-nannu jpejjep fil-gallarija u jxomm il-borża qagħaq tal-għasel li ġabulu
“Il-gvern nesihom in-nies,” jgħid hu, ex-Laburist,
“Il-prodott tagħna tajjeb imma jimpurtaw minn kull m’haw.”
Waqt li Kaldon jippreparalu curry
Naomi tiċċassa lej ir-ritratt tan-nannu mal-vann.
L-għalqa tiegħu kienet ħdej fej illum hemm il-Liquid
Issa saret car park u kull darba li tmur
Naomi tħossha ipokrita tippoża fil-Polaroids
Fil-flett ta’ ħdejh tgħix matrijarka Niġerjana
U n-nannu jħobb ixomm ir-riħa tal-istuffat tad-tadam
Aljenat fil-konfini tal-appartament fuq il-Mile End
Tinsel mal-wires tad-dawl, u l-curry ta’ Kaldon f’żaqqu
U waqt li jarahom mexjin taħt l-iscaffolding
Jaħseb, “Ħenn għalina, PA, ħenn għalina.”
Jaqilgħu u jibnu u joktru u jibnu
Jaqilgħu u jibnu u joktru u jibnu.
credits
from Karmaġenn,
released December 6, 2019
Mużika u lirika ta' Noah Fabri u Keith Fenech; użajna pjanu, orgni, kitarri, oġġetti varji bħala perkussjoni, u trumbetta.
A nostalgic record full of ambling rhythms, vivid imagery, and cotton-soft melodies tapped out on an ever-present ’70s synth-organ hybrid. Bandcamp Album of the Day Nov 11, 2021
A new record from Sondre Lerche is packed full of big hooks, bigger feelings, and twinkly instrumentation more minimalist than baroque. Bandcamp New & Notable May 7, 2020