Tqaxxar it-tewm b'idejha fuq l-għatba tal-ħanut
Wieħed b'qmis tiġih baħar idur fuq rota
Xwejħa tperper fann qalb l-għamara għall-bejgħ
Triq maqlugħa, l-aġent jifli il-katalogu mas-sid tas-supermarket
Jiftiehmu bil-Malti, Sarah sandli u brazzuletta biż-żibeġ tal-injam
Una xtrat żarbun, bgħatet lil Sarah tixtri kitla m'għand Attard
Nina u klijent inaqqru l-popcorn mal-kafè
It-te bl-imsiemer tal-qronfol
Anzjana Eritrejana b'libsa ħadra u velu aħmar tgħaddi żbrixx minn mal-iċċaċċrar tal-irġiel quddiem bazaar
Tat-Transport Malta u wieħed ipejjep fuq l-għatba
Jgħidu kelmtejn fuq kemm huma tal-biża' il-muturi tal-Bolt
Bi tliet lingwi jilgħabu l-billiards
'Ejja liba!'
'Issa naraw...'
'You talk too much, ħaqq għall-Madonna!'
Nina bil-karretta tmur tixtri l-ħaxix, tgħid bonġu titmejjel b'kull raġel fuq kull siġġu u sufan
Flip-flops fuq il-madum, daħka tlewwem il-ħaddejn, Sarah tibda taqli l-basal, borom tal-metall iċekċku
Tat-Transport Malta għand Marisa jgħidu stejjer fuq pulizija mċappsin coke
Recorded over the space of a year, the vivid pop songs on the latest from themme fatale match sugary hooks with diaristic lyrics. Bandcamp New & Notable Jun 13, 2022
This debut album from the Chicago art-pop collective brings together their disco, lounge pop, and '70s soul influences. Bandcamp New & Notable Oct 15, 2021
A new record from Sondre Lerche is packed full of big hooks, bigger feelings, and twinkly instrumentation more minimalist than baroque. Bandcamp New & Notable May 7, 2020